Thursday, April 21, 2011

L-edukazzjoni hi meqjusa bħala aġent ta’ soċjalizzazzoni. Fisser u iddiskuti r-rwol tal-edukazzjoni fil-proċess ta’ soċjalizzazzjoni. 25 marka

Is-soċjalizzazzjoni sseħħ meta jkun hemm kuntatt ma’ ħaddieħor. Għalkemm is-soċjalizzazzjoni tibda mill-ewwel ġurnata ta’ twelid ta’ kull tarbija, din tkompli meta t-tfal jibdew l-iskola.

Kull tifel u tifla jibbenefika meta jibda jmur l-iskola. It-tfal mhux biss jitgħallmu s-suġġetti u t-tgħalim meħtieġ biex jgħaddu mill-eżamijiet iżda jkollhom opportunita biex jissoċjalizzaw ma’ tfal oħra tal-istess eta. Permezz tas-suġġetti formali, it-tfal jitgħallmu jiktbu, jaqraw, jpinġu u jitkellmu bl-lingwi oħra. Dan huwa kollu soċjalizzazzjoni għaliex jgħallimhom kif ikollhom kuntatt ma’ ħaddieħor. Barra minn hekk, it-tfal jitgħallmu mit-tagħrif li skoprew dawk li ġew qabilna għax il-qari huma mod qawwi ta’ soċjalizzazzjoni. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-iskola sservi ta’ pont bejn dak li ħaddieħor tgħallem u li issa qiegħed jgħaddih lilna kif ukoll dak li aħna se niskopru u ngħadduh lil ta’ warajna.

Fl-iskola hemm ukoll attivitajiet informali li wkoll iservu biex it-tfal jitgħallmu. Eżempji huma meta jkun hemm kompetizzjonijiet sportivi. Ir-rebbieħa u t-telliefa jitgħallmu kif iġibu ruħhom. Hemm ukoll attivitajiet kulturali bħal play tal-prize day. Din tgħin lit-tfal jieħdu sehem u jkabbru t-talent li jista jkollhom u b’hekk ikabbru l-istima li għandhom fihom infushom. Din is-self-confidence hija mportanti fis-soċjalizzazzjoni – bniedem mistħi se jbati biex jikkomunika. Barra minn hekk il-play tgħin lill-istudenti biex jiskopru li għandna talenti differenti għalhekk nitgħallmu napprezzaw id-diversita ta’ kull persuna. Din ukoll hija parti integrali mis-soċjalizzazzjoni.

Mill-iskola niġu influwenzati minn ħaddieħor - mill-idejat, mill-imġieba, mill-valuri, mill-mod ta’ kif nilbsu, nieklu, niddervertu. Dan għaliex it-tfal ikollhom ċans jitkellmu ma’ sħabhom tal-klassi, *{xi kultant anke wara l-ħin tal-iskola permezz ta’ għaqdiet fl-irħula, attivitajiet u festi.} Dawn huma kollha eżempji ta’ edukazzjoni informali għax, wara kollox, aħna nitgħallmu mhux biss mill-iskola imma minn postijiet oħra fejn hemm il-bnedmin.

Tfal li jitgħallmu mid-dar u ma jmorrux skola ma tantx ikollhom ċans jiġi soċjalizzati bl-istess mod bħal dawk li jattendu l-iskola. Kuljum aħna niltaqgħu ma’ mijiet ta’ persuni oħra, ħafna minnhom tamparna (peers) u oħrajn ikbar, bħall-għalliema. Dan ma jfissirx li tfal li huma home-schooled ma jitgħallmux, imma li għandhom inqas opportunita biex jiltaqgħu ma’ nies differenti.

Fil-film “Nell”, it-tifla qatt ma marret skola. Tgħallmet biss mingħand ommha. Ma kellhiex okkażjoni tissoċjalizza ma’ tfal tamparha u ma tgħallmitx suġġetti differenti. Minħabba f’hekk s-soċjalizzazzjoni tagħha kienet limitata ħafna. L-edukazzjoni tissoċjalizza lill-bniedem u mingħajrha jibqa limitat.

(370 kelma)

Ma dawn il-punti tista tgħid ukoll li l-edukazzjoni tipprepara l-individwu biex isir ċittadin tajjeb, titrassmetti l-kultura, tgħallem valuri tajba u tgħin lil individwu jiżviluppa lilu nnifsu, b’hekk ikun individwu verament soċjalizzat – dawn il-punti qegħdin fin-noti.

No comments:

Post a Comment